Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-01:00, raġel weġġa gravi f’inċident fi Triq Michelangelo Cagiano, San Ġiljan.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li waqt li raġel ta’ 29 sena, minn Ħal Balzan kien dieħel fil-karozza tiegħu, meta ntlaqat minn karozza oħra tat-tip Kia Sportage, li għaddiet viċin wisq tiegħu u li kienet misjuqa minn raġel ta’ 41 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ.
Ir-raġel ta’ 29 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.