Maqtul it-terrorista Tuneżin f'Milan
Beda jispara fuq il-pulizija waqt li jgħajjat 'Allahu Akbar'
More in Kronaka
Beda jispara fuq il-pulizija waqt li jgħajjat 'Allahu Akbar'
Is-suspettat prinċipali tal-attakk fuq suq tal-Milied f'Berlin nhar it-tnejn li għadda, li fih inqatlu 12-il persuna u ndarbu bosta oħrajn, inqatel mill-Pulizija f'Milan waqt sparatura sabiex jinqabad.
Ir-raġel ġie mwaqqaf mill-Pulizija f'Sesto San Giovanni, Milan, waqt kontrolli tal-pulizija fi Piazza Primo Maggio.
Skont rapporti tal-Pulizija Taljana, l-isparatura seħħet viċin ta' stazzon tal-ferrovija f'Milan, wara li huwa ġie mwaqqaf mill-Pulizija. Ir-rapport tal-Pulizija ta' Milan jgħid li r-raġel ħareġ il-pistola hekk kif ġie mwaqqaf, għajjat "Allahu Akbar" u beda jispara fuq il-Pulizija. Jidher li Amri laqat u weġġa' lil wieħed mill-Puliizija fi spalltu, qabel ma hu stess intlaqat u nqatel minn tiri sparati minn Pulizija oħra.
Anis Amri, it-Tuneżin ta' 24 sena, kien ilu maħrub minn nhar it-Tnejn stess, wara l-attakk li wettaq permezz ta' trakk li nstaq fuq in-nies.
Fuq il-ġisem tas-suspettat, instab biljett tal-ferrovija għal Franza.