Ajruplan Militari Russu jaqa b'91 abbord

Kien qed iġorr il-banda tal-militar li kienet sejra s-Sirja tferraħ lis-suldati Russi

Ajruplani militari Russu b'91 persuna abbord ikkraxxja ftit wara li tela minn Sochi. L-ajruplan kien qed iġorr il-banda famuża ta' Alexandrov Military Band li kienet sejra tagħti kunċert lis-suldati Russi li kienu bażati fil-bażi militari Russa fis-Sirja. L-ajruplan hu TU-154 bi tliet magni ddisinjat fir-Russja. Hu sparixxa ftit minuti wara li tela' fuq il-baħar l-iswed. L-ewwel indikazzjonijiet juru li kien hemm xi problemi tekniċi.

 

 

More in Kronaka