Raġel ta' 59 sena kien l-ewwel vittma ta' fatalità fuq il-post tax-xogħol, hekk kif raġel li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f'sit ta' kostruzzjoni għal din is-sena, tilef ħajtu fl-Għarb Għawdex.
Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-10.00 meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq ġiebja fi Triq Tumas Cassar flimkien ma' ibnu. Għal xi raġuni, ċeda xi tafal waqt li kienu qed jaħdmu u waqa' fuqhom.
Fuq il-post tal-inċident marru membri tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma' xi ambulanzi, iżda r-raġel li hu mill-Għarb, ġie ċċertifikat mejjet fuq is-sit. Fl-istess waqt, il-ħaddiem l-ieħor li huwa żagħżugħ ta' 28 sena li wkoll huwa residenti fl-Għarb sofra xi ġrieħi u għalhekk ittieħed l-isptar għall-kura, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassali ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.