Illejla u għada filgħaxija... ħudu nota ta' dawn it-toroq magħluqin

Minħabba xogħlijiet fi Vjal il-Labour in-Naxxar u fi Triq l-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta, dawn it-toroq se jkunu magħluqin...

Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ żebgħa ta’ linji tat-traffiku fi Vjal il-Labour illejla bejn it-20.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ għada filgħodu.

L-Awtorita’ ser tagħmel ukoll xogħol ta’ manutenzjoni f’partijiet minn Triq l-Assedju l-Kbir illejla u għada bejn it-20.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu, dejjem jekk it-temp jippermetti.

Matul il-ħin tax-xogħol dawn it-toroq ser ikunu magħluqa għat-traffiku għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi. Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit tax-xogħol.

 

Vjal il-Labour Naxxar:

 

 

Triq l-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta:

 

More in Kronaka