Ix-xatt ta’ Liesse, fil-Belt Valletta magħluq billejl minħabba xogħolijiet

Illejla u għada filgħaxija, ix-xatt ta' Liesse se jkun magħluq għat-traffiku minħabba xi xogħolijiet

Transport Malta tavża li ser tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi triq Xatt Ta’ Liesse, illejla u għada filgħaxija bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu. 

Waqt ix-xogħol, din il-parti tat-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku.

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.

 

 

 

More in Kronaka