Terremot ta' skala 5.4 f'Ruma u ċ-ċentru tal-Italja

It-terremot inħass f'Ruma, Lazio, Abruzzo u l-Marche

Terremot ta' qawwa 5.4 fuq l-iskala Richter laqat iż-żona taċ-ċentru tal-Italja, fAbruzzo bejn Aquila u Rieti.

It-theżżiża saħansitra nħasset mil-Lazio u anke mill-Marche u inħasset ftit f'Ruma wkoll. Ġie rappurtat li l-ftit bini li kien baqa' f'Amatrice kompla jaqa', u anke waqgħet l-iskola, iżda ħadd ma jidher li weġġa' s'issa skont ir-rapporti li deħlin. F'Rieti it-tfal kollha inħarġu mill-iskejjel bħala prekwazzjoni. It-theżżiża inħasset għall-ħabta fl-10.25 ta' dalgħodu.

 

More in Kronaka