Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-05:30, sewwieq ta’ 52 sena, ħabat bil-mutur tiegħu ma’ karozza fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta seħħet bejn il-mutur tat-tip Yamaha u karozza tat-tip Seat Ibiza.
Is-sewwieq tal-mutur li għandu 52 sena u residenti San Ġiljan, ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel ta' 33 sena minn San Pawl il-Baħar stess, li kien qiegħed ssuq il-karozza, ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.