Malti jitlef ħajtu f'inċident fl-Italja

Emanuel Coleiro, ta' 59 sena tilef ħajtu lbieraħ f'inċident tat-traffiku fin-naħa ta' fuq tal-Italja

Żewġ sewwieqa ta' trakk, wieħed minnhom Malti, tilfu ħajjithom f'inċident f'highway fl-Italja lbieraħ wara nofsinhar.

Il-media Taljana rrapportat li l-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-15:00, fuq il-highway A21, bejn turin u Piacenza, fi triq bejn l-irħula ta' Stradella u Castelsangiovanni.

Iż-żewġ vittmi, il-Malti Emanuel Coleiro ta' 59 sena u Taljan ta' 55 sena jismu Angelo Ferrari kienu qed isuqu trakk fid-direzzjoni ta' Piacenza, meta tilfu l-kontroll u ħabtu f'vettura oħra. It-trakk li fuqhu kien hemm Coleiro u Ferrari inqaleb, bir-riżultat li ż-żewġt irġiel tilfu ħajjithom.

More in Kronaka