Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni mir-roundabout ta’ Triq Reggie Miller sal-mini tal-Università, direzzjoni lejn il-Belt, illejla bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-4.00 ta’ filgħodu.
Waqt ix-xogħolijiet, it-traffiku ser jgħaddi minn Triq Reggie Miller peress li din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa. Dan ix-xogħol isir dejjem jekk it-temp jippermetti.
Minn għada filgħodu, għalkemm it-traffiku ser jibqa’ għaddej b’mod normali fuq żewġ karreġġjati f’kull direzzjoni, is-sewwieqa ser jinnutaw li s-sit tal-kostruzzjoni minn naħa ta’ fejn hemm il-pompa tal-petrol, kibret biċċa oħra.
Transport Malta tfakkar lis-sewwieqa li din iż-żona hija sit tal-kostruzzjoni u tħeġġeġ lis-sewwieqa jżommu mal-limitu ta’ veloċita’ ta’ 30km/hr, isegwu t-tabelli temporanji u jirrispettaw il-ħaddiema fuq is-sit.