Isofri ġrieħi gravi wara li jinqaleb bil-karozza

Żagħżugħ ta' 19-il sena minn Birżebbuġa ttieħed l-isptar għall-kura, jsofri minn ġrieħi gravi

ritratt: Arkivji
ritratt: Arkivji

Żagħżugħ ta' 19-il sena minn Birżebbuġa sofra ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza li kien qed isuq f'Ħal Qormi, wara li dan tilef il-kontroll tal-vettura u baqa' dieħel ġo arblu.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-22:45, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, minħabba li kienet għadha kemm seħħet ħabta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti Birżebbuġa, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u kellu impatt ma’ arblu tad-dawl.

Konsegwentement, il-vettura tat-tip Toyota Platz inqalbet.

Fuq il-post issejħu l-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew sabiex iż-żagħżugħ inħareg mill-vettura li kien maqbud fiha. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka