Għall-ħabta tas-13:30 ta’ wara nofsinhar tas-Sibt, seħħ inċident ġewwa l-Korsa l-Antika tal-Marsa fejn żiemel li kien qiegħed jieħu sehem fit-tiġrija sfratta bil-konsegwenza li l-kuċċier, raġel ta’ 25 sena mir-Rabat, Malta, waqa’ minn fuq iż-żiemel.
Filwaqt li l-kuċċiet ma sofra ebda ġrieħi, raġel ta’ 43 sena minn Ħad-Dingli li kien fuq il-post sofra xi ġrieħi meta pprova jikkontrolla liż-żiemel.
Għaldaqstant huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.