Żagħżugħ aggredit fil-Mosta...isofri ġrieħi gravi

Ġuvni ta' 22 sena mill-Fgura safa' aggredit minn żewġ persuni mhux magħrufa

Żagħżugħ ta' 22 sena mill-Fgura sofra ġrieħi gravi lbieraħ filgħaxija, wara li ġie aggredit minn żewġ persuni li l-identità tagħhom mhix magħrufa.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-19:45, meta l-Pulizija kienu nfurmati li fi Triq Wied is-Sir, il-Mosta kien hemm persuna feruta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ.

More in Kronaka