Virus misjub fi frawli friżati

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali joħroġ avviż biex ma jiġux ikkonsmati tip ta' frawli friżati minħabba virus li nstab fihom

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), tip ta' frawli friżati msemmijin f'dan ir-rapport m’għandux jiġi kkonsmat minħabba li huwa potenzjalment ikkontaminat bin-norovirus.

Deskrizzjoni tal-Prodott:          

Frawli ffriżat

Ditta:

Begro

Data tad-durabilita`:

04/2019

Piż:

1kg

Numru tal-lott:

L6299B1

Oriġini:

Ġermanja

Peress li ġie rrappurtat li l-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. 

More in Kronaka