'Queen, il-kelba li kont ngħożż ma' qalbi...qatluhieli bil-velenu'
Simon Vella mill-Mellieħa dalgħodu sab il-kelba tiegħu ta' sitt xhur ivvelenata
More in Kronaka
Simon Vella mill-Mellieħa dalgħodu sab il-kelba tiegħu ta' sitt xhur ivvelenata
Simon Vella raġel mill-Mellieħa dalgħodu tefa' ritratt tal-kelba tiegħu 'Queen' bla ħajja.
Kelba ta' sitt xhur li hu stess jgħid li kienet għal qalbu ħafna u li tant kien jgħożż spiċċat vittma ta' velenu mitfugħ minn xi ħadd Selmun. Simon sejjaħ lil min tefa' l-velenu li qed joqtol anke lil dawk il-klieb li jkunu qed jiddawru fil-post minn sidhom, bħala kodard, injorant u bestja. Simon għamel appell biex dak li jmorru jdawru l-klieb tagħhom Selmun joqogħdu attenti għax hemm min xerred il-velenu biex joqtol il-klieb.