Raġel jindarab gravi wara inċident bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur ta’ 26 sena u l-passiġġiera tiegħu indarbu f’inċident bil-mutur fuq il-coast road

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Għall-ħabta tal-16:00 ta’ wara nofsinhar tal-llum, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq, fejn raġel ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur Ducati li kien qiegħed isuq bir-riżultat li waqa’ u weġġa’. Tfajla ta’ 26 sena mill-Mosta, li kienet passiġġiera fuq l-istess mutur, indarbet ukoll fil-waqgħa.

Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru immedjatament fuq il-post flimkien ma’ Ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ix-xufier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tfajla sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka