Stennew xi naqra traffiku minħabba xogħlijiet fil-Kappara

Minn dalgħodu, it-traffiku direzzjoni lejn il-Belt Valletta ser jgħaddi minn karreġġjata waħda

Il-pont fuq Wied Għollieq
Il-pont fuq Wied Għollieq

Transport Malta javżaw li bħala parti mill-proġett tal-Kappara, il-Kuntrattur se jkun qed jagħmel xogħlijiet strutturali  minn taħt it-triq eżistenti bħala parti mill-proġett.  

Għalhekk dalgħodu, it-Tnejn 13 ta’ Frar 2017, it-traffiku direzzjoni lejn il-Belt Valletta ser jgħaddi minn karreġġjata waħda.  Dan l-arranġament tat-traffiku ser ikun kuljum wara d-9:00 ta’ filgħodu sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Transport Malta jixtiequ jfakkru lis-sewwieqa li din hija żona ta’ kostruzzjoni b’limitu ta’ veloċitaˋta’ 30km/hr u għaldaqstant iħeġġu lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit.

More in Kronaka