Bejn illejla u nhar il-ġimgħa...xogħol fi Triq Ħal Luqa f'Raħal Ġdid

Bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu, mill-lejla sa nhar il-ġimgħa, it-triq tkun magħluqa għat-traffiku

Transport Malta tavża li ser tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Ħal Luqa Raħal Ġdid bejn illejla u l-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017.  Ix-xogħol ser isir billejl bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. 

Waqt ix-xogħol, din il-parti tat-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku.

Trasport Malta jħeġġu lis-sewwieqa biex jgħaddu minn  toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.

More in Kronaka