Għall-ħabta tas-14:00, raġel mgħammad daħal f'ħanut tas-souveniers fi Triq Paceville, San Ġiljan, ħareġ sikkina, li biha hedded lill-kaxxiera biex ittih il-flus u wara ħarab minn fuq il-post...
Minn stħarriġ li għamlu l-Pulizija li marru fuq il-post wara l-hold-up, ġie kkonfermat li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 48 sena, minn Marsaskala. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
L-investigazzjonijiet mill-għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.