Qattiel suwiċida Iżlamiku kien ħa Miljun lira sterlina kumpens mill-gvern Ingliż
It-terrorista Ingliż kien miżmum fi Guantanamo Bay sal-2004
More in Kronaka
It-terrorista Ingliż kien miżmum fi Guantanamo Bay sal-2004
Ġellied tal-istat Iżlamiku li għadu kif sploda lilu nnifsu fl-Iraq din il-ġimgħa, kien miżmum priġunier fi Guantanamo Bay u li l-gvern Ingliż tah is-somma ta’ miljun lira sterlina bħala kumpens.
Jamal al-Harith, li kien konvertit Musulman twieled bl-isem ta’ Ronald Fiddler u din il-ġimgħa sploda lilu nnifsu f’karozza mimlija splussivi f’Mosul ħdejn bażi tal-armata. Jamal kien meħlus minn Guantanamo Bay fl-2004 u suċċesivament fittex lill-Gvern Ingliż għax ipprova li l-aġenti Ingliżi kienu jafu bil-mod kif kien ġie trattat fl-Istati Uniti.
Al-Harith, li kien juża isem ieħor bħala gwerrier ta’ Abu-Zakariya al-Britani, daħal is-Airja mit-Turkija fl-2014 biex jingħaqad mal-armata tal-Istat Iżlamiku u hu magħruf li l-flus li tawh il-Gvern Ingliż hu għaddihom lill-ISIS.
Ir-ritratt li qed taraw hu Al Harith fil-karozza bomba qabel mar u splodiha bih b’kollox. Hu jidher jidħak u donnu sejjer kuntent għal qatla. Skont l-istqarrija tal-ISIL tgħid li hu kien sejjer kuntent jiltaqa ma’ Allah li laqgħu bil-ferħa bħala martri. Hu sploda l-karrozza b’kollox fil-kwartieri tar-Rafidhi li huma musulmani Shiiti.
Ir-raġel ta’ 50 sena oriġinarjament minn Manchester kien arrestat mill-Amerikani fil-Pakistan fl-2001 bħala ġellied tat-talibani u ntbagħat Guantanamo Bay f’Kuba fl-2002 fejn għamel hemm sentejn. Meta nħeles, is-segretarju tal-istat Ingliż David Blunkett kien qal, “L-ebda wieħed milli rritornaw minn Guantanamo Bay mhu se jkun ta' theddida fuq is-sigurta tal-poplu Ingliż.” Iżda l-ISIL stess weġbuh meta ħarġu l-isem u r-ritratt tal-bomba suwiċida.
Martu Shukee Begum marret is-Sirja tipprova tippersawdih biex jirritorna l-Ingilterra u jingħaqad mal-ħames uliedu. Hi ġiet arrestata mill-ISIL iżda rnexxielha taħrab u tirritorna flimkien ma’ wliedha l-Ingilterra.
Al-Harith, hu iben immigranti mill-Ġamajka u kkonverta għall-Iżlam fl-1990 u kien jaħdem bħala disinjatur tal-websites qabel ma kien mar il-Pakistan biex skont hu jmur vaganza reliġjuża.