Għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 41 sena, minn Ħal Tarxien weġġa’ gravi f’inċident ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dun Alfred Gatt, Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li għal xi raġuni r-raġel waqa’ madwar nofs sular. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li kien sofra ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C.Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.