Ftit tal-ħin ilu, seħħ inċident ikrah fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi, fejn raġel ta' 60 sena minn Ħal Qormi li kien miexi fit-triq ittajjar minn karozza tat-tip BMW 320 misjuqa minn ġuvni ta' 22 sena mill-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar, fejn ir-iraġel ta' 60 sena kien miexi fuq il-bankina, meta għal xi raġuni, il-BMW li kienet qed tinstaq fid-direzzoni ta' Ħaż-Żebbuġ tilfet il-kontroll, telgħet fuq l-istess bankina, laqtet lir-raġel u żammitu maqbud bejnha u bejn arblu tad-dawl. Jidher li r-raġel ġarrab ġrieħi gravi f’saqajh.
F'Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ inħolqot konġestjoni tat-taffiku kbira hekk kif it-triq ingħalqet waqt li team mediku mill-Isptar Mater Dei mar fuq il-post, flimkien ma' ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu fis-salvataġġ tal-vittma. Ir-raġel ittieħed l-isptar b'ambulanza. Ħlief li ġarrab ġrieħi gravi f'saqajh, s'issa mhemmx aktar informazzjoni fuq il-kundizzjoni tal-vittma.