Inċident ikrah għall-ħabta tad-9:30 ta' dalgħodu, ħalla żewġ anzjani minn Ħal Tarxien, raġel ta' 68 sena u mara ta' 66, imweġġa' wara li dawn ittajru ftit 'l bogħod mill-Isptar Mater Dei minn karozza tat-tip Honda Fit, misjuqa minn raġel ta' 35 sena mill-Imtarfa.
Jidher li għal xi raġuni, l-koppja ntlaqtu mill-karozza li kienet qed tinstaq lejn id-direzzjoni tal-Isptar. Skont xhieda li assistew għall-inċident jidher li b'riżultat tal-impatt, il-mara kellha tinħareġ minn taħt il-karozza mill-Pulizija u l-Paramediċi tal-Isptar li waslu fuq il-post b'Ambulanza.
Aktar tard kemm kemm il-mara kif ukoll ir-raġel ġew ċċertifikat li qegħdin isofri minn ġrieħi serji.
Intant il-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjoni dwar x'seta' wassal għal dan l-inċident