Raġel iweġġa' gravi b’chainsaw

Ir-raġel ta’ 46 sena weġġa’ saqajh waqt li kien qed juża ċ-‘chainsaw’

Għall-ħabta tal-10:15 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 46 sena kien involut f’inċident gravi fl-inħawi magħrufa bħala ta’ San Blas limiti tas-Siġġiewi.

Il-Pulizija li marret fuq il-post sabet lir-raġel ferut. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel ta’ 46 sena mill-Pietà weġġa’ saqajh waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn chainsaw, li mid dehra kienet għada ġdida.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikata li qiegħed isofri minn ġriehi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka