Ħaddiem jintrass ma’ makkinarju f’impjant tal-iskart

Raġel ta’ 58 sena weġġa’ gravi f’impjant tal-iskart waqt li kien qed juża fork lifter

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Aktar kmieni dalgħodu, raġel ta’ 58 sena weġġa’ gravi f’garaxx li jagħmel parti minn impjant tal-iskart fi Triq ir-Ramla, in-Naxxar.

Ir-raġel ta’ 58 sena ġarrab xi ġrieħi waqt li kien qiegħed isuq fork lifter u aċċidentalment laqat leaver, bil-konsegwenza li safa’ marsus ma’ xi makkinarju.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

More in Kronaka