Sewwieq ta' mutur jindarab gravi f'inċident tat-traffiku

Is-sewwieq tal-mutur ta' 29 sena ħabat ma' karozza f'Tas-Sliema

Raġel Finlandiż ta' 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qed isuq ħabat ma' karozza misjuqa minn mara Spanjola.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-02:00, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Rodolfu, tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Sky Team li kien qed jiġi misjuq minn raġel ta’ 29 sena, ta’ nazzjonalità Finlandiża, residenti l-Imsida u Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 35 sena, ta’ nazzjonalità Spanjola, residenti tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata il-kura meħtieġa fejn aktar tard, il-ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka