Jibdew il-preparamenti għall-pont tal-Kappara

Minn għada, il-kuntrattur tal-Proġett tal-Kappara ser jagħmel xogħol ta’ tħaffir u kostruzzjoni bi preparamenti għall-pont.

Transport Malta tixtieq tavża li bħala miżura ta’ sigurtà għal waqt ix-xogħlijiet ta’ tħaffir u kostruzzjoni bi preparamenti għall-pont, iż-żewġ karreġġjati fi Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan, ser jiddjiequ għal karreġġjata waħda aktar wiesgħa, b’effett minn għada 4 ta’ Marzu 2017 fis-6.30 ta’ filgħodu sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fit-toroq.

Transport Malta tfakkar lis-sewwieqa li din iż-żona hija sit ta’ kostruzzjoni b’veloċita’ ta’ 30km/hr.

 

More in Kronaka