ritratti esklussivi | Iċċedi t-tieqa tad-Dwejra f'Għawdex
It-tieqa tad-Dwejra f'Għawdex ċediet kompletament u ma fadal prattikament xejn mill-veduta pittoreska
More in Kronaka
It-tieqa tad-Dwejra f'Għawdex ċediet kompletament u ma fadal prattikament xejn mill-veduta pittoreska
The site from where one could admire it-Tieqa tad-Dwejra. Heartbreaking. pic.twitter.com/S4XV6MyKRu
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 8, 2017
It-tieqa tad-Dwejra f'Għawdex, li kienet sinonima mal-gżira Għawdxija, ċediet ftit tal-ħin ilu, wara li kienet għal xi żmien fil-periklu li ċċedi.
Dan ikkonfermah ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat permezz ta' tweet.
It-tieqa tad-Dwejra f'San Lawrenz li serviet bħala xenarju għal bosta films li nġibdu f'Malta, fosthom anke s-serje popolari Game of Thrones ċediet iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tad-9:30.
F'kummenti mal-gazzetta MaltaToday, is-CEO tal-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu Joe Muscat qal li Għawdex tilef ġmiel ikoniku li kellu, u waħda mill-aktar attrazzjonijiet imfittxija mit-turisti f'Għawdex kienet għabet.
Minkejja dan, sostna li d-Dwejra xorta se tibqa' żona turistika grazzi għal attrazzjonijiet diversi fiż-żona, partikolarment mal-għaddasa. Kompla jgħid li ladarba jitjieb it-temp, se jkunu qed jittieħdu ritratti tal-fdalijiet tat-Tieqa. Muscat sostna wkoll li xejn ma seta' jsir biex jiġi evitat dan il-kollass.