Raġel ta' 24 sena minn Bormla sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza meta kien qed isuq ir-rota tiegħu f'Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ iktar tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-21:20, meta l-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm ittajjret persuna fi Triq Wied il-Għajn, Haż-Żabbar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien ittajjar ċiklist ta’ 24 sena, residenti Bormla.
Ir-raġel kien allegatament safa milqut minn vettura ta’ tip Opel Astra, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Haż-Żabbar.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.