Għall-ħabta tal-05:30 ta’ dalgħodu, seħħ inċident tat-traffiku fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far, li fih raġel mill-Gambia li għandu 29 sena, residenti Ħal Far, safa’ milqut minn vettura tat-tip Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birżebbuġa marru minnufih fuq il-post, flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 29 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.