Ftit tal-ħin ilu, il-vulkan attiv tal-Etna fi Sqallija reġà semma leħnu u sbroffa, hekk kif kien hemm numru ta' turisti fil-viċinanzi.
Rapporti fuq is-sit tal-BBC jgħidu li numru ta' tursiti, kif ukoll tim tal-BBC stess li nzerta kien fuq il-vulkan, soffrew ġrieħi b'riżultat tal-ewwel sbroff.
Ir-rapport isemmi "numru ta' nies b'feriti f'rashom, ħruq, qtugħ u tbenġil"
Jider li wara l-isplużjoni, li tajjret ammont ta' ġebel u fwar jaħraq fid-direzzjoni tan-nies preżenti, dawk fuq il-post raw nixxiegħa ta' lava ħierġa mill-bokka tal-vulkan.
S'issa jidher li l-ammont ta' nies midruba kien ta' tmienja, hekk kif l-ekwipaġġ tas-salvataġġ qrgħdin jaħdmu biex jevakwaw il-muntanja u jieħdu ħsieb il-feriti.
Ir-rapport tal-BBC semma wkoll li skont vulkanologu li kien jinsab fuq il-post, dan huwa l-agħar inċident fuq vulkan li esperjenza fil-karriera ta' 30 sena tiegħu.
il-Vulkan Etna spara ammonti żgħar ta' lava u fwar fis-sema sa minn dalgħodu, li kienet it-tielet darba din il-ġimgħa, iżda dan ta ftit tal-ħin ilu kien l-ewwel sbroff li seħħ f'aktar minn sena.