Raġel Eġizzjan kien arrestat u akkużat li stupra raġel ieħor fl-2015. Helmy Mohamed Helmay Elmosaty ta' 26 sena, kien akkużat flimkien ma' Ramy Gamal Elasrag illi fl-2015 stupra raġel ieħor fil-Ġnien tal-Mall tal-Furjana. Elasrag kien akkużat bi stupru u li żamm lir-raġel kontra l-volontà tiegħu filwaqt li Elmosaty kien akkużat illi assista fl-istess stupru.
Iż-żewġ Eġizzjani kienu qed jiċħdu l-akkużi miġjubin kontrihom, minkejja dan Elmosaty daħal aċċetta l-akkużi bil-Maġitsrta Aaron Bugeja jagħti sentenza ta' sentejn u sitt xhur priġunerija.
Proċeduri kriminali kontra Elasrag għadhom għaddejjin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Jeffrey Scicluna.