Raġel instab mejjet dalgħodu u ieħor ittieħed l-Isptar wata li dawn ġew esposti għal ġassijiet tossiċi li huwa mifhum li ġew minn sett tal-BBQ li tħalla mixgħul matul il-lejl f'appartament fi Triq Achille Ferres fl-Imsida.
L-indentità tal-vittmi għada mhux magħrufa, iżda dak li għadu ħaj u ttieħdet l-isptar, ġie identifikat bħala raġel ta' 31 mill-Mali. Jinhad li fuq il-post kien hemm ukoll persuna oħra li ma ġietx effetwata mill-ħruġ ta' gass fl-appartament.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. S'issa huwa mifhum li l-irġiel kienu qed jagħmlu BBQ ġewwa l-appartament, fejn in-nuqqas ta' ventilazzjoni wassal għall-espożizzjoni għal gassijiet tossiċi.
(Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej)