Ġrieħi gravi wara li tinqabad bejn karozza u oħra

Mara ta' 75 sena minn Għawdex tiddaħħal l-Isptar wara inċident li seħħ dalgħodu fir-Rabat

Illum, għall-ħabta tad-9:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, ir-Rabat, Għawdex. Il-Pulizija mid-distrett tar-Rabat, Għawdex marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li waqt li mara ta’ 75 sena pparkjat il-vettura tagħha tal-għamla Volkswagen Polo fl-imsemmija triq, għal xi raġuni l-vettura mxiet bil-konsegwenza li l-mara nqabdet bejn il-vettura tagħha u vettura oħra li wkoll kienet ipparkjata.

Kawża ta’ dan il-mara, li tirrisjedi r-Rabat, Għawdex sofriet xi ġrieħi u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex bl-ambulanza li ġiet imsejjħa fuq il-post. Aktar tard hija ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

F’dan l-inċident tlett vetturi oħra tal-għamla Renault, Fiat Punto u Isuzu TRF wkoll ġarbu xi ħsarat waqt li kienu pparkjati fl-istess triq.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

More in Kronaka