Anzjan ta’ 83 sena jindarab gravi

It-raġel minn Santa Venera ttieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi wara waqgħa.

Għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu, raġel  ta’ 83 sena minn Santa Venera weġġa’ gravi meta għal xi raġuni, tilef il-bilanċ u waqa’ għal wiċċu mal-art.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fi Triq San Ġużepp, Santa Venera flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa Mater Dei għall-aktar kura, fejn dan ġie ċċertifikat li qed issofri min ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka