Ġuvni ta’ 26 sena jindarab gravi wara li ġie ferut b'arma taqta' u bil-ponta.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-1:10 ta' filgħodu meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħhom ġewwa Triq Tumas Fenech, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett u kif ukoll dawk tar-Rapid Intervention Unit marru minnufih fil-post indikat lilhom, fejn kif waslu sabu raġel li kien ferut. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ġuvni ta’ 26 sena residenti in-Naxxar, sofra ferita t’arma li taqta’ u bil-ponta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Demicoli LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.