Sewwieq ta' mutur isofri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku

Żagħżugħ ta' 24 sena minn Ħal Luqa weġġa' gravi meta kien involuti f'inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Żagħżugħ ta' 24 sena residenti Ħal Luqa jinsab għall-kura fl-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi gravi meta kien involut f'inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu f'Ħal Qormi.

Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:20, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot 306 li kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 24 residenti Ħal Luqa.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata il-kura meħtieġa fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka