Il-kitarrista ta' Claudia Faniello jaqla daqqa ta' tazza f'għajnejh
Raġel mil-Lvant tal-Ewropa mfittex mill-pulizija għal feriment gravi ta' Ryan Magro, li jista jitlef d-dawl ta' għajnejh
More in Kronaka
Raġel mil-Lvant tal-Ewropa mfittex mill-pulizija għal feriment gravi ta' Ryan Magro, li jista jitlef d-dawl ta' għajnejh
Ryan Magro, il-kitarrista popolari ta' Claudia Faniello, li jifforma duo ma' Ozzie Lino dal-lejl qala' daqqa ta' tazza f'għajnejh mingħand ġuvni barrani u hemm ċans kbir li jitlef id-dawl ta' għajnjeh,
Magro, barra li jdoqq jaħdem fil-bar 'The Munchies' Buġibba li hu proprjeta' tal-familja tiegħu u waqt li kien ħiereġ mill-bieb tal-pub fis-2 a.m. raġel barra l-bieb, li hu ta' nazzjonalita barranija mil-Lvant tal-Ewropa qabad u tah daqqa ta' tazza f'għajnejh mingħajr provokazzjoni. L-informazzjoni ingħatat lil dan is-sit mill-familjari ta' Ryan Magro li qalulna li huma għandhom il-filmati mis-CCTV cameras tal-istess pub fejn jidher l-persuna li attakka liż-żgħażugħ Malti ta' 28 sena ħarab minn fuq il-post u qed jiġi mfittex mill-pulizija.
L-agressur kien akkumpanjat minn raġel ieħor tal-istess nazzjonalità. Il-Pulizija qed tfittex lil dawn iż-żewġ irġiel u dawk li jgħarfuhom huma mitluba li javżaw lil pulizija dwar fejn ikunu. David Busuttil li hu l-proprjetarju tal-ħanut qalilna li l-familja ta' Ryan hi devastata għax hemm ċans kbir li jitlef id-dawl ta' għajnejh meta Ryan, kontra dak li qalet ċerta sezzjoni tal-midja qatt ma kien involut f'xi ġlieda iżda ngħata d-daqqa ta' tazza għall-għarrieda mingħajr ebda provokazzjoni.
Martu Dawn poġġiet r-ritratt tal-isptar tal-ħġieġ f'għajnejh (ritratt) u qed titlob biex min jagħraf lill-agressur ta' żewġha għandu jersaq lejn il-pulizija ħalli ssir ġustizzja.