Aġġornata | 10 mejta u madwar 50 midruba wara splużjonijiet fi stazzjon tal-'underground' fir-Russja

S'issa ġew irrappurati 10 vittmi wara l-isplużjoni li seħħet f'San Petroburgu. Madwar 50 persuna, foshom tfal midruba

Żewġ splużjonijiet ġew irrappurati mill-media Russa li seħħew għall-ħabta tas-14:30 (ħin lokali) fl-istazzjon tal-'undergeround' fil-Belt ta' San Petroburgu.

Aġenziji tal-aħbarijiet Russi rrappurtaw li l-isplużjoni seħħet fl-istazzjon ta' 'Sennaya Ploshchad' u s'issa ħalliet 10 vittmi u madwar 50 persuna oħra, foshom tfal midruba, hekk kif qiegħed jingħad li l-isplussivi kienu mimlijin xrappnel, bil-għan partikolari li jikkawżaw ammont ta' ħsara lill-passiġġieri.

Min kif jidher anke mir-ritratti u l-filmat, l-isplużjoni tal-bomba bix-xrappnel seħħet f'wieħed mill-vaguni. Ir-ritratti juru l-bibien tal-vagun sfrundati bl-isplużjoni u ammont sostanzjali ta' ħsara fl-intern tiegħu, hekk kif numru ta' passiġġieir oħra bdew jippruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittmi.

 

Il-President Vladimir Putin, li dak il-ħin kien jinsab fil-Belt għal laqgħa mal-Presidenta tal-Belarus, Alexander Lukashenko,  ġie nfurmat b'dak li ġara. Putin qal li "għadu kmieni biex jingħad x'kienet il-kawża," iżda jistgħu jiġu kkunsidrati atti kriminali jew terroristiċi.

 

 

Aktar dettalji jingħataw fil-ħin li ġej

 

More in Kronaka