Missier u ibnu jittellgħu l-Qorti fuq il-qtil ta' Brandon Pace fil-Ħamrun

...l-iben instab li kellu l-istess tip ta' madum li ntuża għall-attakk fil-karozza....jinbagħat l-Isptar Monte Carmeli minħabba li xi qraba tal-vittma jinsabu l-ħabs

L-akkużati deħlin il-Qorti - Ritratt James Bianchi
L-akkużati deħlin il-Qorti - Ritratt James Bianchi

Missier u ibnu ġew mtellgħin il-Qorti b'konnessjoni mal-qtil ta' Brandon Pace mill-Ħamrun, il-Ħadd li għadda.,

L-Ispetturi Keith Arnaud u Eliott Magro tellgħu lil Kurt Grech, magħruf bħala n-Nemes, u misieru ta' 53 sena, minn Gwardamangia quddiem il-Maġistrat Monica Vella. L-irġiel qed jiċħdu illi b'xi mod huma responsabbli għall-mewt tar-raġel. 

Brandon Pace, li huwa rrapurtat li kien jgħix m'ommu miet fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun, bħala riżultat ta' feriti minn daqqiet ta' sikkina. Dan kien il-ħames omiċidju din is-sena u t-tieni każ ta' inċident li kien jinvolvi daqqiet ta' sikkina matul il-ġimgħa l-oħra.

L-iben waħdu, kien akkużat ukoll b'attentat biex iweġġa b'mod gravi lit-tfajla tal-vittma, li kienet it-tfajla ta' ibnu. Kien akkużat li heddidha b'sikkina u li weġġaha. Hu kien akkużat ukoll illi hedded lit-tfajla in kwistjoni b'sikkina. 

L-akkużat instab f'Tal Pietà bil-pulizija jsibu madum simili għal dak li bih kien attakkat Pace fil-karrozza tiegħu. Il-vittma Brandon Pace kien akkużat li attakka b'sikkina lil raġel li kien f'relazzjoni mal-eks tfajla tiegħu, fl-2014, filwaqt li fl-2016 kien akkużat ukoll illi seraq minn magna tas-sigaretti f'bar il-Ħamrun. Kien akkużat ukoll li kien seraq €1,550 fi flus kontanti u għamel ħsara lill-istess magna.  

Id-difiża talbet illi l-akkużat jinżamm l-Isptar Monte Carmeli minħabba raġunijet ta' saħħa u sikurezza. Il-prosekuzzjoni m'oġġezzjonatx għal din ir-rikjesta. Ir-raġuni ewlenija għal din it-talba kienet minħabba li fl-istess żmien kien hemm żewġ membri tal-familja tal-vittma li bħalissa qegħdin il-ħabs. 

 

 

More in Kronaka