Int tikkoabita? Mill-lum sirt protett bil-liġi

Il-Parlament jgħaddi liġi li tipproteġi lil dawk li qed jikkoabitaw...idħol fl-artiklu u ara aħjar xi tfisser din il-liġi għalik jekk tikkoabita

Koabitat? Mill-lum għandek drittijiet ġodda
Koabitat? Mill-lum għandek drittijiet ġodda

Ilbieraħ filgħaxija l-Parlament għadda l-Liġi li se tkun qed tipproteġi koppji li jikkoabitaw. Il-Gvern sostna li dan l-iżvilupp ifisser li "pajjiżna kiteb paġna oħra fl-istorja tad-drittijiet ċivili hekk kif ilbieraħ il-Parlament approva l-liġi dwar il-koabitazzjoni. B’hekk twettqet wegħda elettorali oħra favur il-koppji li jgħixu flimkien u li jridu qafas legali għar-relazzjoni tagħhom."

L-ewwel darba li saret il-wegħda ta' koabitazzjoni kienet fl-1998 mill-Partit Nazzjonalista, ftit qabel l-elezzjoni.  

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret li permezz ta’ din il-liġi, "f’erba’ snin il-Gvern irnexxielu jwettaq dak li l-amministrazzjoni preċedenti m’għamlitx f’20  sena, minkejja d-diversi wegħdi li kienu saru. Il-Ministru Dalli semmiet li t-tfassil tal-liġi dwar il-koabitazzjoni sar wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li involva wkoll konsultazzjonijiet tekniċi kemm mal-Kamra tan-Nutara kif ukoll mar-Reġistru Pubbliku."

Dalli żiedet li issa għandna soċjetà li tirrispetta aktar l-għażliet tan-nies hekk kif persuna issa tista’ tagħżel li tiżżewweġ, li tidħol f’unjoni ċivili, li tidħol f’koabitazzjoni jew li ma tagħmel l-ebda waħda minn dawn l-għażliet. Qalet ukoll li l-Gvern għandu d-dover li jipprovdi struttura biex in-nies ikunu jistgħu jirregolaw ir-relazzjonijiet tagħhom.

Intant qed nerġgħu nfakkru l-punti saljenti ta' din il-liġi u x'se tfisser għalik jekk int tikkoabita: Agħfas hawn biex tara xi tfisser għalik din il-liġi 

 

 

More in Kronaka