Arrestat is-sewwieq tat-trakk li qatel 4 persuni fi Stokkolma

Il-Pulizija Żvediża qed iżomm raġel suspettat li kien is-sewwieq tat-trakk użat fl-attakk tal-bieraħ fi Stokkolma

Wara l-attakk tal-bieraħ fi Stokkolma, Żvezja, li ħalla 4 persuni mejta u 15 midruba, Il-Pulizija Żvediża għamlet arrest wieħed, ta raġel issuspettat li kien is-sewwieq tat-trakk li ġie misjuq fuq in-nies.

S'issa l-Pulizija għada ma żvelatx l-identità tar-raġel, iżda jinhad li huwa mill-Uzbekistan. Is-suspettat ġie arrestat il-ġimgħa filgħaxija stess, wara li l-Pulizija xandret ritratt tar-raġel suspettat mehud minn filmat CCTV. Ftit aktar tard ġie arrestat ukoll raġel ieħor suspettat ukoll li seta' kellhu x'jaqsam mal-attakk ukoll

 

More in Kronaka