Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, ġuvni ta’ 19-il sena minn Nadur kien qiegħed isuq il-karozza tiegħu tat-tip Suzuki Samurai fl-inħawi magħrufa bħala l-Wied tar-Ramla, Xagħra, Għawdex, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’ minn għoli ta' madwar sular u spiċċa ġol-wied bil-karozza b'kollox.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma.
Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.