Jsofri ġrieħi gravi wara li waqa' seba' filati minn fuq kontejner

Żurrieqi ta' 53 sena sofra ġrieħi gravi wara waqa'

ritratt: Arkivji
ritratt: Arkivji

Raġel ta' 53 sena miż-Żurrieq sofra ġrieħi gravi wara li waqa' għoli ta' madwar seba' filati meta kien qed jagħmel xogħol fuq kontejner.

Illum għall-ħabta tad-9:00, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Valletta, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li raġel ta’ 53 sena residenti ż-Żurrieq waqa’ madwar sebgħa filati min fuq container waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma. Huwa ttieħed mmedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka