Għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 57 sena, mill-Fgura ndarab waqt li kien qiegħed jgħin sabiex jinħattu xi kaxxi minn ġo container ġewwa sit fil-power station ta’ Delimara.
Jidher li r-raġel nqabad bejn xi kaxxi li waqgħu minn fuq fork lifter li kien qed iġorrhom.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, flimkien ma’ ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.