Sewwieqa ta’ mutur tweġġa' gravi f’ħabta ma’ karozza

Is-sewwieqa tal-mutur ittieħdet l-Isptar issofri minn ġrieħi gravi. Is-sewwieqa tal-karozza ma sofriet ebda ġrieħi

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-18:20, seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha MT-07 u karozza tat-tip Toyota Aygo fi Triq Ganu, Birkirkara.

Is-sewwieqa tal-mutur, mara ta’ 45 sena, mir-Rabat ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

Filwaqt li l-mara ta’ 29 sena mill-Imsida, li kienet qiegħda ssuq it-Toyota Aygo ma sofriet l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulzija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka