Għaddasa Ingliża titlef ħajjitha f’Marsalforn

Nies fuq il-post pruvaw ituha l-ewwel għajnuna, iżda l-mara laħqet mietet

Ritratt : tvm.com.mt
Ritratt : tvm.com.mt

Għall-ħabta tal-10:50 ta’ dalgħodu, mara Ingliża  ta’ 44 sena, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qegħda togħdos ġewwa Marsalforn, fl-inħawi tax-Xwejni.

Hija ttelgħet l-art minn xi nies li kien hemm fil-qrib u ngħatat l-ewwel għajnuna sakemm waslu l-Pulizija u l-ambulanza, iżda ġiet ċertifikata mejta fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Ritratt : tvm.com.mt
Ritratt : tvm.com.mt

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka