Rejd mill-pulizija fuq l-immigranti jistennew biex jitgħabbew għax-xogħol fil-Marsa

Jiġu arrestati madwar 75 immigrant wara li naqsu milli jippreżentaw id-dokumenti mitluba

Iktar kmieni dalgħodu, għal ħabta tas-6:00 ta' filgħodu, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni mgħejuna mill-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Pulizija tal-RIU, għamlu eżerċizzju fl-inħawi tal-Marsa sabiex jidentifikaw immigranti li setgħu instabu fuq il-post.

Primarjament l-iskop ta’ dan l-eżerċizzju kien sabiex jiġi żgurat li dawn l-immigranti jinsabu f’Malta b’mod regolari. Id-dokumenti li ġew ippreżentati lill-Pulizija ser jiġu kollha verifikati sabiex jitneħħa kull dubju li jista' jkun hemm xi falsifikazzjoni. Huwa rrappurtat li madwar 75 immigrant ġew arrestati fejn naqsu milli jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa.

Riċentament, din il-kwistjoni qamet ukoll fil-Parlament mill-viċi Kap tal-PN, Beppe Fenech Adami li r-residenti tal-Marsa huma mħassba bl-ammont kbir ta' immigrati fil-lokalità tagħhom, speċjalment l-anzjani li xejn mhu qed iħossuhom siguri fil-lokal tagħhom.

More in Kronaka