Sewwieq ta' mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta fil-Furjana

Sewwieq ta' mutur ta' 47 sena residenti Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'ħabta ma' karozza fil-Furjana

Sewwieq ta' mutur ta' 47 sena residenti Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'ħabta ma' karozza fil-Furjana.

Il-każ seħħ iktar kmieni llum għall-ħabta tad-9:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet ħabta fi Pjazza San Kalċidonju, Furjana.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Belt marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip BMW u karozza tat-tip Toyota Starlet.

Is-sewwieq tal-mutur li għandu 47 sena u residenti tas-Sliema, ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Miegħu fuq il-mutur kellu passiġġiera, mara ta’ 40 sena residenti tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-karozza – raġel ta’ 37 sena residenti Pembroke, ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka