Anzjana ta' 76 sena minn Santa Venera sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f'Santa Venera.
I-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:00, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Brunzar, Santa Venera.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li anzjana ta’ 76 sena, residenti Santa Venera, intlaqtet minn vettura tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 28 sena, residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-anzjana ġewwa l-isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.